7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-tribunal de première instance de Liège — Il-Belġju) — Jacques Damseaux vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-128/08) (1)

(“Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni ta’ beni mobbli - Ftehim dwar ħelsien mit-taxxa doppja - Obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 293 KE”)

2009/C 267/30

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jacques Damseaux

Konvenut: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 58 u 293 KE — Tassazzjoni fuq id-dħul minn proprjetà mobbli ta’ oriġini barranija ogħla mit-tassazzjoni fuq id-dħul minn proprjetà mobbli mħallsa minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza — Ostaklu għall-moviment liberu tal-kapital — Portata tal-konvenzjonijiet dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja — Obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 293 KE

Dispożittiv

Sakemm id-dritt Komunitarju, fl-istat attwali tiegħu u f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ma jipprovdix kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fil-Komunità Ewropea, l-Artikolu 56 KE ma jipprekludix lil ftehim fiskali bilaterali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, permezz ta’ liema d-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil azzjonist residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu intaxxati fiż-żewġ Stati Membri, u li ma jipprovdix li l-Istat Membru li fih huwa residenti l-azzjonist huwa bilfors obbligat li jimpedixxi t-taxxa doppja legali li tirriżulta.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.