13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL vs Administración del Estado

(Kawża C-118/08) (1)

(Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà kontra l-Istat - Ksur tad-dritt tal-Unjoni - Ksur tal-Kostituzzjoni)

2010/C 63/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL

Konvenut: Administración del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo (Spanja) — Ksur minn Stat Membru tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dritt tal-Unjoni — Obbligu li jingħata kumpens għad-danni — Att li jmur kontra l-kostituzzjoni ta’ Stat Membru u att li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola ta’ Stat Membru li skontha azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat ibbażata fuq ksur ta’ dan id-dritt minn liġi nazzjonali kkonstatat minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mogħtija skont l-Artikolu 226 KE tista’ titkompla biss jekk dak li qed iressaqha eżawrixxa minn qabel kull rimdeju nazzjonali li bih jista’ jikkontesta l-validità tal-att amministrattiv dannuż adottat abbażi ta’ din il-liġi, filwaqt li tali regola mhijiex applikabbli għal azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat ibbażata fuq ksur tal-Kostituzzjoni minn din l-istess liġi kkonstatat mill-qorti kompetenti.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008