24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Spanja
(Kawża C-113/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/49/KE - Impriżi ta' investiment u istituzzzjonijiet ta' kreditu - Suffiċjenza tal-kapital - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2009/C 19/15)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.-A. Rabanal Suárez u P. Dejmek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, p. 201)
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni), u b'mod partikolari mal-Artikoli 17, 22 sa 25, 30, 33, 35, 40, 41, 43, 44 u 50 tagħha, kif ukoll mal-Annessi I, II u VII, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |