20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-95/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/9/KE - Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki [fid-Direttiva, “prassi’] tajba tal-laboratorji)

(2008/C 327/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Rozet u P. Oliver, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28) — Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki tajba tal-laboratorji

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-implementazzjoni tal-prinċipji ta' prattiki tajba tal-laboratorju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP).

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.