20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nógrád Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenörzési Hivata Hatósági Föosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály
(Kawża C-74/08) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid - Taxxa relatata max-xiri sussidjat ta’ beni kapitali - Dritt għal tnaqqis - Esklużjonijiet previsti minn liġi nazzjonali fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu esklużjonijiet)
2009/C 141/26
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Nógrád Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft
Konvenut: Adó- és Pénzügyi Ellenörzési Hivata Hatósági Föosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nógrád Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-possibbiltà li titnaqqas it-taxxa fuq il-bejgħ sussidjat ta’ tagħmir għall-parti mhux sussidjata.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ xiri ta’ beni sussidjati minn fondi pubbliċi, ma jippermettix li titnaqqas il-VAT relatata miegħu ħlief sa ammont ekwivalenti għall-parti mhux sussidjata ta’ dan ix-xiri. |
2) |
L-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva jagħti lill-persuni taxxabbli drittijiet li jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti nazzjonali sabiex jopponu liġi nazzjonali li tkun inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni. |