4.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren
(Kawża C-67/08) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 58 KE - Taxxa tas-suċċessjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li t-taxxa tas-suċċessjoni dovuta fl-Istat Membru fejn jirrisjedi l-proprjetarju tal beni fid-data tal-mewt tiegħu tiġi mnaqqsa bit-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa mill-werriet fi Stat Membru ieħor meta l-beni ta' suċċessjoni jikkonsistu fi krediti ta' kapital - Taxxa doppja - Restrizzjoni - Assenza)
(2009/C 82/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Margarete Block
Konvenut: Finanzamt Kaufbeuren
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56(1) u 58(1)(a) u (3) tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa tas-suċċessjoni — Taxxa doppja li tirrriżulta mill-impossibbiltà li t-taxxa miġbura fi Stat Membru ieħor titnaqqas mit-taxxa nazzjonali meta l-beni tas-suċċessjoni li jinsabu f'dan l-Istat Membru l-ieħor jikkonsistu f'kontijiet bankarji.
Dispożittiv
L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, f'dak li jikkonċerna l-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni dovuta minn werriet residenti f'dan l-Istat Membru fuq krediti ta' kapital li jinsabu f'istituzzjoni finanzjarja li tinsab fi Stat Membru ieħor, ma tipprevedix, meta l-persuna li s-suċċessjoni tagħha tinfetaħ tirrisjedi, fid-data tal-mewt tagħha, fl-ewwel Stat Membru, it-tnaqqis mit-taxxa tas-suċċessjoni dovuta f'dan l-Istat Membru tat-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa fl-Istat Membru l-ieħor.