7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Gateway, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fujitsu Siemens Computers GmbH

(Kawża C-57/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade marks preċedenti li jinkludu s-sinjal verbali “GATEWAY’ - Sinjal verbail “ACTIVY Media Gateway’ - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti matul l-evalwazzjoni globali tas-sinjali kunfliġġenti)

(2009/C 32/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gateway, Inc. [rappreżentant: C.R. Jones, Solicitor]

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent], Fujitsu Siemens Computers GmbH

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla), tas-27 ta' Novembru 2007, fil-kawża T-434/05, Gateway, Inc. vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali li fihom l-element verbali “GATEWAY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37 u 38 kontra d-deċiżjoni R 1068/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta' Settembru 2005, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Activy Media Ġateway” għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Gateway Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.