29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Spanja) — Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA) vs Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA
(Kawża C-32/08) (1)
(Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinji Komunitarji - Artikoli 14 u 88 - Pussessur tad-dritt għad-disinn Komunitarju - Disinn mhux irreġistrat - Disinn ikkummissjonat)
2009/C 205/11
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA)
Konvenuta: Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (3) u tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU 2002 L 3, p. 1) — Pussessur ta’ drittijiet — Dritt li jappartjeni lil min iħaddem jew lid-disinjatur impjegat — Definizzjonijiet
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, ma japplikax għad-disinn Komunitarju li ġie kkummissjonat. |
2) |
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għad-disinn Komunitarju għandu jagħti dritt legali lid-disinjatur, sakemm ma jkunx ġie ttrasferit permezz ta’ kuntratt lis-suċċessur tiegħu fit-titolu. |