16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Sunplus Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Sun Microsystems Inc.

(Kawża C-21/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva u verbali SUNPLUS - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali SUN - Reġistrazzjoni rrifjutata)

2009/C 113/18

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sunplus Technology Co. Ltd (rappreżentant: K. Lochner u H. Gauß, Rechtsanwälte)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, bħala aġent), Sun Microsystems Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2007, Sunplus Technology Co. Ltd vs UASI (T-38/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva “SUNPLUS” għal prodotti fil-klassi 9 kontra d-Deċiżjoni R 642/2000-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ottubru 2003, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li ċaħdet ir-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark fil-kuntest tal-proċedura ta’ oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi u verbali “SUN” għal prodotti fil-klassi 9 — Xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sunplus Technologoy Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.