21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Erich Stamm, Anneliese Hauser

(Kawża C-13/08) (1)

(Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Trattament ugwali - Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom - Qbiela - Struttura agrarja)

(2009/C 44/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Erich Stamm, Anneliese Hauser

Fil-preżenza ta': Regierungspräsidium Freiburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1), 13(1) u 15(1) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999 (ĠU 2002, L 114, p. 6) — Applikabbiltà tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Bidwi ta' ċittadinanza Żvizzera residenti fl-Iżvizzera li kkonkluda kuntratt ta' kiri ta' art għal użu agrikolu li tinsab fil-Ġermanja.

Dispożittiv

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999, parti kontraenti għandha tagħti lill-“ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom”, fis-sens tal-Artikolu 13 ta' dan l-anness, tal-parti kontraenti l-oħra, f'dak li jikkonċerna l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha fl-Istat ospitanti, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn dan tal-aħħar liċ-ċittadini tiegħu.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.