|
12.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — Id-Danimarka) — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening
(Kawża C-5/08) (1)
(Drittijiet tal-awtur - Soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikoli 2 u 5 - Xogħlijiet letterarji u artistiċi - Kunċett ta’ “riproduzzjoni” - Riproduzzjoni “parzjali” - Riproduzzjoni ta’ siltiet qosra minn xogħlijiet letterarji - Artikli tal-istampa - Riproduzzjonijiet temporanji u tranżitorji - Proċess tekniku li jikkonsisti fl-iskanjar diġitali ta’ artikli segwit minn tibdil f’fajl ta’ test, mill-ipproċessar elettroniku tar-riproduzzjoni, mill-ħażna ta’ parti minn din ir-riproduzzjoni u mill-istampar tagħha)
2009/C 220/10
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Infopaq International A/S
Konvenut: Danske Dagblades Forening
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5(1) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10) — Kumpannija li l-attività prinċipali tagħha tikkonsisti fir-redazzjoni ta’ sunti ta’ artikli ta’ ġurnali bl-użu tal-iskanjar — Ħażna ta’ silta minn artiklu li tikkonsisti f’kelma minn riċerka, flimkien mal-ħames kelmiet li jippreċeduha u l-ħames kelmiet li jiġu warajha — Atti temporanji ta’ riproduzzjoni
Dispożittiv
|
1) |
Att li twettaq matul proċess ta’ ksib ta’ data, li jikkonsisti fil-ħażna informatika ta’ silta minn xogħol protett komposta minn ħdax-il kelma kif ukoll fl-istampar ta’ din is-silta, jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ riproduzzjoni parzjali skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jekk, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, l-elementi li ttieħdu huma l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess. |
|
2) |
L-att ta’ stampar ta’ silta komposta minn ħdax-il kelma, li jitwettaq waqt proċess ta’ ksib tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar in-natura temporanja stabbilita fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 u għalhekk, dan il-proċess ma jistax jitwettaq mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati. |