Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2008 – Imperial Chemical Industries vs UASI (FACTORY FINISH)
(Kawża T-487/07)
“Kwistjoni proċedurali – Trade mark Komunitarja – Rappreżentanza minn avukat”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19) (ara l-punti 10, 13-23, 28)
Suġġett
Talba, skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, sabiex W. Johnston jiġi rrikonoxxut bħala rappreżentant tar-rikorrenti f’din il-kawża. |
Dispożittiv
1) |
It-talba intiża sabiex il-Qorti tal-Prim’Istanza tirrikonoxxi lil W. Johnston bħala rappreżentant ta’ Imperial Chemical Industries plc hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |