Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 – Kronberger vs Il-Parlament
(Kawża T-18/07)
“Rikors għal annullament – Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà”
1. Il-Parlament – Verifika tas-setgħat tal-Membri – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kontestazzjoni dwar l-elezzjoni ta’ deputat fil-Parlament Ewropew (Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett, Artikolu 12) (ara l-punti 43-44)
2. Rikors għal annullament – Motivi – Motivi bbażati fuq l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mad-dritt Komunitarju (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 45)
3. Dritt Komunitarju – Effett dirett – Drittijiet individwali – Protezzjoni mill-qrati nazzjonali (Artikolu 10 KE) (ara l-punt 49)
Suġġett |
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2005 li tiċħad bħala infondata l-kontestazzjoni tar-rikorrent dwar l-elezzjoni ta’ Andreas Mölzer bħala deputat fil-Parlament Ewropew, ippreżentata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Hans Kronberger huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji. |