Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ Mejju 2007 – Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/07 R)
“Proċedura għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Ordni diretta lejn terzi persuni – Inammissibbiltà”
1. Proċedura għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-adozzjoni – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 33-35)
2. Proċedura għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Talba intiża sabiex tinkiseb ordni diretta lill-Kummissjoni sabiex tadotta, fil-konfront ta’ persuna li mhijiex parti fil-proċeduri, miżuri li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tagħha – Inammissibbiltà (Artikolu 243 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 8, 9 u 23(2)(b) u (ċ)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 8) (ara l-punti 50-54)
3. Proċedura għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(d) u 104(3)) (ara l-punti 56-58)
4. Proċedura għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-adozzjoni – Interess tar-rikorrent li jikseb il-miżura mitluba (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 59)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji bil-għan li jinkiseb, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tiġi ordnata timponi fuq Manufacture française des pneumatiques Michelin, anki taħt piena ta’ sanzjoni, li ma tużax, bl-ebda mod u għall-ebda raġuni, l-informazzjoni li tinsab fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet tas-6 ta’ April 2006, adottata fil-kuntest ta’ proċeduri skond l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (każ COMP/F/38.638 – gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), trażmessa lil din il-kumpannija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F2/D (2006) 1095, tas-6 ta’ Novembru 2006, it-tieni nett, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tittrażmetti, lil Manufacture française des pneumatiques Michelin, kopja tad-digriet li ser jinħareġ u, fl-aħħar nett, li tiġi ordnata kull miżura oħra meqjusa neċessarja mill-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza. |
Dispożittiv
|
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda |
|
L-ispejjeż huma riżervati. |