Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑11/07 RENV)
“Għajnuna mill-Istat — Alkoħol u spirti — Annullament ta’ debitu fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Tmiem tal-interess ġuridiku — Deċiżjoni li tħassar u tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
|
1. |
Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata — Rifjut tar-rikorrent li jemenda t-talbiet tiegħu bħala konsegwenza — Rikors li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114) (ara l-punti 34-39) |
|
2. |
Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors li ma għadx għandu skop minħabba t-tħassir u s-sostituzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata — Deċiżjoni li kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni jew b’motivazzjoni insuffiċjenti — Tqegħid tal-oneru fuq l-istituzzjoni konvenuta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(6)) (ara l-punti 41, 43-46) |
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C 25/05 (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU 2007, L 112, p. 14).
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk ta’ Frucona Košice a.s. |
|
3) |
St. Nicolaus – trade a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |