23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2007 — Ecolean Research & Development vs L-UASI

(Kawża T-452/07)

(2008/C 51/84)

Lingwa tar-rikors: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolean Research & Development A/S (Copenhagen, id-Danimarka) (rappreżentant: L.-E. Strőm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rinviju tal-każ lill-Bord ta' l-Appell għal eżaminazzjoni mill-ġdid.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali CAPS għal prodotti fil-klassijiet 7, 16 u 17 — applikazzjoni Nru 4 957 131

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ic-ċaħda ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: iċ-ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' Appell kiser forom proċedurali essenzjali u r-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, minn naħa, billi naqas li jirrileva li l-appell kien imissu ġie tradott għall-Iżvediz, il-lingwa prinċipali tar-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, billi laqa' l-appell u kompla jikkorrispondi bl-Ingliż. Għaldaqstant, il-Bord ta' l-Appell naqas milli josserva l-prinċipji ta' ħarsien ta' l-aspettattivi leġittimi u ta' trattament ugwali.