9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 37/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 — Harwin International vs L-UASI Cuadrado (Pickwick)

(Kawża T-450/07)

(2008/C 37/50)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harwin International LLC (Albany, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Przedborski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cuadrado SA (Paterna, Spanja)

Talbiet

Annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fil-kawża R 1245/2006-2, mogħtija fl-10 ta' Settembru 2007;

tikkundanna lill-konvenut u Cuadrado SA jbatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu lura l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva li tinkludi l-kliem “PICKWICK COLOUR GROUP” għal prodotti u servizzi fil-Klassi 25 — applikazzjoni Nru 826669

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Harwin International LLC

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cuadrado SA

Dritt ta' trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark nazzjonali verbali preċedenti “PICK OUIC, CUADRADO SA, VALENCIA” u t-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Pick Ouic” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Iddikjarat it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni invalida kollha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konstatazzjoni tal-Bord fir-rigward tan-nuqqas ta' eżaminazzjoni mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-evidenza mressqa minn Cuadrado hija inkonsistenti u kuntrarja għal liġi. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.