9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/30 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2007 — Royal Applliance International vs UASI — BSH Bosh und Siemens Hausgeräte (Centrixx)
(Kawża T-446/07)
(2008/C 37/47)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Royal Applliance International GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Rechtsanwälte K.-J. Michaeli u M. Schork)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta' Ottubru 2007, fil-kawża R 572/2006-4; |
— |
tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Royal Applliance International GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Centrixx” għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 016 227)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniż “sensixx” għal prodotti fil-klassi 7 (Nru 30 244 090)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni u ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), ladarba l-Bord ta' l-Appell ma applikax korrettament il-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar l-eżami tal-possibbiltà ta' konfużjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, ta' l-20 ta' Diċembru (ĠU 1994, L 11, p. 1).