12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/29 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2007 — Pioneer Hi-Bred International vs L-UASI (OPTIMUM)
(Kawża T-424/07)
(2008/C 8/51)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International Inc. (Johnston, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze, u T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-11 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 288/2007-2 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 893 053 “OPTIMUM”; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OPTIMUM” għall-prodotti fil-klassi 1 — Applikazzjoni Nru 4 893 053
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(1)(b) u (c), 7(2), 73 u 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li ma ġiex ikkunsidrat il-fatt li l-prodotti in kwistjoni jindirizzaw pubbliku speċjalizzat u peress li d-deċiżjoni ma kinitx sostnuta bi prova ta' l-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.