12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2007 — Bayern Innovativ vs L-UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)

(Kawża T-413/07)

(2008/C 8/44)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Life Sciences Partners Perstock N.V. (Amsterdam, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell Nru R 1545/2006-1, tat-2 ta' Awwissu 2007, dwar it-trade mark Komunitarja Nru 3 585 957 “LifeScience”;

tiċħad kompletament l-oppożizzjoni Nru B 795 270 ta' l-intervenjenti;

tordna lill-UASI sabiex jirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 3 585 957 “LifeScience” kif ippubblikata;

tordna lill-parti l-oħra tbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u tordna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċeduri amministrattivi quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja li tikkonsisti f'rappreżentazzjoni kkulurita ta' katina tad-DNA spirali, forma ovali u tabella li fiha l-elementi verbali “LifeScience” miktuba fuq in-naħa ta' isfel għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 41, 42 — applikazzjoni Nru 3 585 957

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal iċċitat fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Life Sciences Partners Perstock N.V.

Trade mark jew sinjal iċċitati: It-trade mark figurattiva Komunitarja li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta' mara mhux liebsa mdawra b' katina tad-DNA u li fiha l-elementi verbali “Life Sciences Partners”, għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 36 — applikazzjoni Nru 2 136 026

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.