8.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 297/43 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-377/07)
(2007/C 297/87)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Informatika tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta li r-rikorrenti ppreżentat b'risposta għas-sejħa għal offerti pubblika ENTR/05/086 — Kontenut tat-tagħrif dwar l-inter-operabbiltà għas-servizzi ta' l-eGovernment (ĠU S 128, 8.7.2006) innotifikata lir-rikorrenti b'ittra tat-13 ta' Lulju 2007 u li tagħti l-kuntratti lill-kuntrattur magħżul; |
— |
tordna lill-Kummissjoni (DIGIT) tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma' dan ir-rikors, anki jekk dan jiġi miċħud; |
— |
tordna lill-Kummissjoni (DIGIT) tħallas kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tal-proċedura tas-sejħa għal offerti in kwistjoni, fl-ammont ta' EUR 3,5 miljun għal-Lott 2; |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti għamlet offerta b'risposta għas-sejħa għal offerti miftuħa għall-kuntratt “teknoloġiji ta' inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi ta' l-eGovernment Ewropew” (ĠU 2006/S 128-136080). Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni li tiġi miċħuda l-offerta tagħha u li jingħata l-kuntratt lil offerent ieħor.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi għal dawk fil-kawża T-300/07 Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (1).