24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 283/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2007 — Traxdata France vs L-UASI — Ritrax (TRAXDATA, TEAM TRAXDATA)

(Kawża T-365/07)

(2007/C 283/61)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Traxdata France SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ritrax Corp. Ltd (Londra, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla id-deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2007 ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-każijiet magħquda R 1337/2005-1, R 1338/2005-1 u R 1340/2005-1 u konsegwentement tiddikjara n-nullità tat-trade marks Komunitarji TRAXDATA Nru 000007393, Nru 000877779, Nru 001252725 u TEAM TRAXDATA Nru 000877910 għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 9, 16 u 42 abbażi ta' l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja;

tiddikjara n-nullità tat-trade mark Komunitarja TEAM TRAXDATA Nru 000877910 għas-servizzi fil-klassi 36: “Sponsorizzazzjoni finanzjarja ta' attivitijiet sportivi u ta' divertiment; sponsorizzazzjoni finanzjarja ta' kompetizzjonijiet sportivi, avvenimenti u timijiet; sponsorizzazzjoni finanzjarja ta' persuni sportivi […] servizzi ta' pariri u konsulenza fir-rigward tas-servizzi kollha msemmija iktar 'il fuq”;

tiddikjara n-nullità tat-trade marks Komunitarji TRAXDATA Nru 000877779 u TEAM TRAXDATA Nru 000877910 għas-servizzi fil-klassi 41: “Servizzi ta divertiment u edukazzjoni; organizzazzjoni u tmexxija ta' konferenzi, kungressi, seminars, simpożji […] servizzi ta' logħob elettroniku pprovdut permezz ta' l-Internet; pubblikazzjoni ta' kotba, magażins u perjodiċi […] ċentri ta' servizzi ta' divertiment; […] kiri ta' kassetti tal-vidjo, kassetti ta'l-awdjo, diski kumpatti u films ċinematografiċi; servizzi ta' pariri u konsulenza fir-rigward tas-servizzi kollha msemmija iktar 'il fuq.”

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: It-trade marks verbali u figurattivi “TRAXDATA” u “TEAM TRAXDATA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36, 41 u 42 — Trade marks Komunitarji Nri 877 910, 877 779, 7 393 u 1 252 725.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ritrax Corp. Ltd

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: L-isem korporat mhux reġistrat “TRAXDATA FRANCE SARL” u l-isem kummerċjali “TRAXDATA” għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin: “konsulenza, kunsinna u bejgħ ta' prodotti konsumibbli, ħardwer u aċċessorji tal-kompjuter.”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talbiet tar-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta' nullità.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell kiser l-Artikolu 52(1)(ċ) li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi kkonkluda li r-rikorrenti ma kinitx ressqet provi li tagħmel użu kontinwu minn “TRAXDATA” u billi applika b'mod żbaljat il-kriterju ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.