6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/14 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Lulju 2007 — Secure Computing vs L-UASI — Investronica (SECUREOS)
(Kawża T-277/07)
(2007/C 235/25)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Secure Computing (Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Investronica, SA.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' April 2007 fil-każ R 1063/2006-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Secure Computing
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SECUROS” għal prodotti fil-klassi 9 (applikazzjoni Nru 2659944)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Investronica, SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “SECURERO” (trade mark Komunitajra Nru 2 126 290) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35, 36, 37 u 42 kif ukoll it-trade mark figurattiva “secureuro” (trade mark Komunitarja Nru 2 418 135) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35 u 36.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad ir-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1), ta' l-Artikolu 73 u tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).