|
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 211/37 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ġunju 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-227/07)
(2007/C 211/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta' April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju xi spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), safejn hija s-suġġett ta' dan ir-rikors, u |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Renju ta' Spanja qiegħed jikkontesta d-deċiżjoni in kwistjoni safejn tipprevedi korrezzjoni fil-kontijiet tal-ħlasijiet li saru bħala għajnuna għall-produzzjoni ta' prodotti pproċessati mit-tadam fis-snin finanzjarji 2003 u 2004, li jammontaw għal EUR 4 090 315,4.
In sostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jallega:
|
— |
il-ksur ta' l-Artikoli 2 u 3 tar-Reglament Nru 729/70 (1) u ta' l-Artikolu 2 tar- Reglament 1258/1999 (2) minħabba l-ineżistenza ta' l-irregolaritajiet invokati mill-Kummissjoni li jirrigwardaw, b'mod partikolari, il-verifiki tal-materja prima meta ssir il-konsenja, jiġifieri n-nuqqas ta' verifiki bil-lejl mill-ispetturi tal-Comunidad Autónoma de Extremadura (Reġjun Awtonomu ta' Extremadura), in-nuqqas li tinżamm il-prova tal-piż, u l-firma “en massefg” tad-dokumenti ta' konsenja; |
|
— |
sussidjarjament, il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li timponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-kwantitajiet kollha ta' tadam kkonsenjati minkejja li l-irregolarità sostanzjali li tiġġustifika l-korrezzjoni tirrigwarda biss il-kwantitajiet kkonsenjati bil-lejl b'tali mod li huwa possibbli li l-korrrezzjoni tiġi limitata għal dawn il-kwantitajiet. |
(1) Ir-Reglament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta' April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 94, p. 13).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, p. 103).