|
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/41 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-205/07)
(2007/C 170/78)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea
Talbiet tar-Rikorrenti
|
— |
tannulla s-sejħa għal espressjoni ta' interess sabiex jitlesta elenku ta' kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali sabiex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, EPSO/CAST/EU/27/07, ippublikata biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fis-sit ta' l-EPSO http://europa.eu/epso/cast27/call, fis-27.3.2007. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-156/07, Spanja vs Il-Kummissjoni.