Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2009 – Royal Appliance International vs UASI – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (Centrixx)

(Kawża T-446/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali Centrixx – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti sensixx – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-33, 59-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 572/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Royal Appliance International GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Royal Appliance International GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Centrixx għal prodotti fil-klassijiet 7 – Applikazzjoni Nru 3016227

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Ġermaniża sensixx għal prodotti fil-klassi 7 – trade mark Nru 30244090

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Royal Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.