Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Franza vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑432/07)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Frott u ħxejjex – Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi”
1. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Frott u ħxejjex - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Finanzjament mill-FAEGG - Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali - Kundizzjonijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1035/72 u Nru 2200/96, Artikolu 11(1)(b) u (2)(d)) (ara l-punti 35-37)
2. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Frott u ħxejjex - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Finanzjament mill-FAEGG - Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, Artikolu 11(1)(ċ)) (ara l-punti 54-56)
Suġġett
| Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/647/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 261, p. 28) sa fejn din id-deċiżjoni teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Franċiża favur organizzazzjonijiet tal-produtturi ta’ frott u ħaxix. |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |