Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2008 – Prana Haus vs UASI (PRANAHAUS)

(Kawża T-226/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRANAHAUS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 31-35)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ April 2007 (Każ R 1611/2006-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRANAHAUS bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Prana Haus GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PRANAHAUS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 35 – Applikazzjoni Nru 4839916

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Prana Haus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.