Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Promomadrid vs UASI (MADRIDEXPORTA)
(Kawża T‑180/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MADRIDEXPORTA – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 26, 38)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva MADRIDEXPORTA bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Promomadrid Desarrollo Internacional de Madrid, SA |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark imħallta MADRIDEXPORTA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 4659553 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata.
2) L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.