Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2009 — Professional Tennis Registry vs UASI — Registro Profesional de Tenis (PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY)

(Kawża T-168/07)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY — Trade mark nazzjonali u Komunitarja figurattiva preċedenti RPT Registro Profesional de Tenis, S.L. u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti RPT European Registry of Professional Tennis — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Frar 2007, kif irrettifikata (Każ R 1050/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Registro Profesional de Tenis, SL u Professional Tennis Registry, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Professional Tennis Registry, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 41 — Applikazzjoni Nru 2826709

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Registro Profesional de Tenis, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali figurattivi RPT Registro Profesional de Tenis, S.L. u RPT European Registry of Professional Tennis għas-servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 16 u 41 miċħuda

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Frar 2007, kif irrettifikata (Każ R 1050/2005-1), hija annullata.

2) 

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Professional Tennis Registry, Inc.

3) 

Registro Profesional de Tenis, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.