Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz waqt l-esportazzjoni - Użu tal-metodu asimetriku - Kundizzjonijiet - Eżistenza tad-differenzi fil-livell tal-prezzijiet għall-esportazzjoni - Differenzi abażi tax-xerreja, reġjuni jew perijodi - Natura suffiċjenti tal-eżistenza ta’ differenza waħda (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(11)) (ara l-punti 62, 94, 97)

2. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz waqt l-esportazzjoni - Użu tal-metodu asimetriku - Kundizzjonijiet - Eżistenza tad-differenzi fil-livell tal-prezzijiet għall-esportazzjoni - Differenza fil-konfigurazzjoni tal-prezzijiet bejn perijodi differenti - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prezzijiet interni - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(11)) (ara l-punti 62, 71-74, 94)

3. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Għażla bejn metodi differenti ta’ kalkolu - Użu tal-metodu asimetriku - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(11)) (ara l-punt 64)

4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolament li jimponi dazji anti-dumping - Deċiżjoni li jiġi applikat il-metodu asimetriku għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(11), 9(4) u 21) (ara l-punti 103-106, 125-127)

5. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz waqt l-esportazzjoni - Użu tal-metodu asimetriku - Kundizzjonijiet - Inkapaċità tal-metodi simetriċi li jirriflettu d-daqs reali tad-dumping ipprattikat - Kisba, permezz tal-metodu asimetriku, ta’ marġni ta’ dumping ogħla minn dik miksuba skont il-metodu simetriku - Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(11)) (ara l-punti 108-111)

6. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Użu tal-metodu asimetriku - Applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ tnaqqis għal żero - Ammissibbiltà (Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ “Il-Kodiċi anti-dumping tal-1994”, Artikolu 2.4.2; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(11)) (ara l-punti 153, 154, 156-158)

Subject of the case

Suġġett

Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, tat-22 ta’ Frar 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-polietilen li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352M, p. 972).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Far Eastern New Century Corp. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.