Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2008 – Aventis Pharma vs UASI – Nycomed (PRAZOL)

(Kawża T-95/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRAZOL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabblità ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 30, 56, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Frar 2007 (Każ R 302/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Altana Pharma AG u Aventis Pharma SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Nycomed GmbH, li qabel kienet Altana Pharma AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PRAZOL għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 1154269

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Aventis Pharma SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali nazzjonali PREZAL għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Frar 2007 (Każ R 302/2005-4), hija annullata.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Aventis Pharma SA.

3)

Nycomed GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.