Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – JanSport Apparel vs UASI (BUILT TO RESIST)

(Kawża T‑80/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUILT TO RESIST – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24-29, 41-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1090/2006-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat‑trade mark verbali BUILT TO RESIST bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

JanSport Apparel Corp.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali nazzjonali BUILT TO RESIST għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 18 u 25 — Applikazzjoni Nru 2937522

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JanSport Apparel Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.