16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2012 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-374/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex tinkiseb kopja tal-mistoqsijiet u tat-tweġibiet għat-testijiet ta’ aċċess - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rinviju lit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku)

2012/C 174/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Pachtitis (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Giatagantzidis u V. Niagkou, sussegwentement P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, sussegwentement P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u I. Chatzigiannis, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Hijmans, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-27 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad t-talba tar-rikorrent sabiex jikseb aċċess għall-mistoqsijiet li kienu sarulu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06, għat-tweġibiet li kien ta għal dawn il-mistoqsijiet u għall-lista ta’ tweġibiet korretti għall-imsemmija mistoqsijiet u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut tat-talba konfermattiva, li r-rikorrent kien ippreżenta quddiem l-EPSO fl-10 ta’ Lulju 2007.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawża T-374/07 hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007