7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/07) (1)

(“Kwistjoni proċedurali - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Nuqqas ta' imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-Parlament’)

(2009/C 55/49)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, R. Ignătescu u G. Mazzini, aġenti) u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u A. Aresu, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti)

Suġġett

Annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita riżerva għar-reklutaġġ ta' 20 amministratur (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' Mejju 2007 (ĠU C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa magħmul kontra l-Parlament.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż li hija sostniet fil-kuntest ta' dan ir-rikors sa fejn magħmul kontra l-Parlament. Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.