10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/30


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Italja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet - Inammissibbiltà’)

(2009/C 6/61)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: C. Vivani, M. Vellano u G. Osch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Taljana għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), inkwantu l-Kummissjoni tissuġġetta d-deċiżjoni tagħha li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-imsemmi pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet għall-kundizzjoni li titneħħa l-awtorizzazzjoni, għall-operaturi ta' impjanti, li jikkonservaw parti mill-kwoti allokati fil-każ ta' “waqfien minħabba proċess ta' razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Buzzi Unicem SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.