22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/36 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2008 — Lafarge Cement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet bla ħsara għal ċertu kundizzjonijiet - Diskrezzjoni tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjonijiet - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 301/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Lafarge Cement S.A. (Malogoszcz, il-Polonja) (rappreżentanti: P.K. Rosiak u F. Puel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) finali tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Polonja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Lafarge Cement S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. |