30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/52


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Rappreżentazzjoni minn avukat li m’għandhux il-kwalità ta’ terzi - Inammissibbiltà manifesta”)

2010/C 24/91

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Khan, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, tal-24 ta’ Ottubru 2006, dwar il-faċilità ta’ kreditu mogħti minn konsorzju ta’ banek internazzjonali u s-self bilaterali mogħti fil-kuntest tal-bini minn Framatome ANP ta’ impjant nukleari f’Teollisuuden Voima Oy.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli

(2)

Il-European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 117, 29.5.2007.