19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/20


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Ġunju 2008 — WWF-UK vs Il-Kunsill

(Kawża T-91/07) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 41/2007 - Irkuprar ta' l-istokkijiet tal-merluzz - Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2007 - Att ta' applikazzjoni ġenerali - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà)

(2008/C 183/41)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: WWF-UK (Godalming, Surrey, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Stein, solicitor, P. Sands u J. Simor, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Moore, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u M. van Heezik, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (ĠU 2007, L 15, p. 1), safejn huwa jistabbilixxi l-“qabdiet totali permissibbli” (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokkijiet ta' merluzz (ĠU 2004, L 70, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

WWF-UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.