7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/64


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Settembru 2009 — E.ON Ruhrgas u E.ON Földgáz Trade vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni - Impenji - Ittri tal-Kummissjoni dwar l-impenji - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”)

2009/C 267/114

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: E.ON Ruhrgas International AG (Essen, il-Ġermanja); u E.ON Földgáz Trade Zrt (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: G. Wiedemann u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li allegatament jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2006 u tas-16 ta’ Jannar 2007 dwar l-impenji assunti minn E.ON Ruhrgas International AG, imsemmija fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005, li permezz tagħha din tal-aħħar iddikjarat konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Kawża COMP/M.3696 — E.ON/MOL).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

E.ON Ruhrgas International AG u E.ON Földgáz Trade Zrt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.