26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/07 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Alkoħol u spirti - Annullament ta’ debitu fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Tmiem tal-interess ġuridiku - Deċiżjoni li tħassar u tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 159/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, J. Holmes, B. Hartnett, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u K. Walkerová, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: St. Nicolaus – trade a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti N. Smaho, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C 25/05 (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU 2007, L 112, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk ta’ Frucona Košice a.s.

3)

St. Nicolaus – trade a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007.