|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Galp Energia España et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa)
2013/C 336/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galp Energia España, SA (Alcobendas, Spanja); Petróleos de Portugal (Petrogal), SA (Lisbona, il-Portugall); u Galp Energia, SGPS, SA (Lisbona) (rappreżentanti: M. Slotboom u G. Gentil Anastácio, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés)
Suġġett
Talba, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], huwa annullat sa fejn dan jikkonstata l-involviment ta’ Galp Energía España, SA, ta’ Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, u ta’ Galp Energia, SGPS, SA, f’numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma fis-suq Spanjol tal-bitum, sa fejn dan in-numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma jinkludi, minn naħa, is-sistema ta’ sorveljanza tal-implementazzjoni tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmu ta’ kumpens intiż sabiex jirrettifika d-differenzi li rriżultaw fir-rigward tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441 finali huwa annullat sa fejn dan jobbliga lil Galp Energía España, lil Petróleos de Portugal (Petrogal) u lil Galp Energía, SGPS sabiex itemmu l-ksur kif ikkonstatat fl-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni u sabiex jastjenu milli jirrepetu kull att jew aġir imsemmi f’dan l-artikolu jew li għandu għan jew effett simili, sa fejn dan il-ksur jinkludi, minn naħa, is-sistema ta’ sorveljanza tal-implementazzjoni tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmu ta’ kumpens intiż sabiex jirrettifika d-differenzi li rriżultaw fir-rigward tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela. |
|
(3) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Galp Energía España u fuq Petróleos de Portugal (Petrogal), fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441 finali, huwa stabbilit għal EUR 8 277 500, filwaqt li l-ammont tal-multa imposta fuq Galp Energía, SGPS, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441, hija stabbilita għal EUR 6 149 000. |
|
(4) |
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud. |
|
(5) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |