31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Hangzhou Duralamp Electronics vs Il-Kunsill

(Kawża T-459/07) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fiċ-Ċina, fil-Vjetnam, fil-Pakistan u fil-Filippini - Skadenza tal-miżuri antidumping - Eżami mill-ġdid - Prodott simili - Data użata għad-determinazzjoni tad-dannu - Pajjiż analogu - Interess tal-Komunità - Artikolu 4(1) u Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru Artikolu 4(1) u 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2013/C 252/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Gambardella u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Osram GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 384/96, u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Osram GmbH.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.