24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — New Look vs UASI (NEW LOOK)

(Kawża T-435/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Look Ltd (Weymouth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2007 (Każ R 670/2007-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEW LOOK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

New Look Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.