25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi - Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Trattament ugwali)

2012/C 58/11

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Djebel — SGPS SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Andrade Neves u S. Castro Caldeira, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/582/KE, tal-10 ta’ Mejju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 4/2006 (ex N 180/2005) — Il-Portugall — Għajnuna għal Djebel (ĠU L 219, p. 30).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Djebel — SGPS, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.