4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-377/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw it-teknoloġiji ta’ inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 32/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti fir-rigward ta’ teknoloġiji ta’ inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew (ĠU S 128), kif ukoll tad-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt lil offerent ieħor, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |