14.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Sison vs Il-Kunsill
(Kawża T-341/07) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Annullament ta’ miżura ta’ ffriżar ta’ fondi permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)
2012/C 13/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jose Maria Sison (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D. Gürses u W. Kaleck, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Szostak, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol, Y. de Vries, M. Noort, J. Langer u M. Bulterman, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi Spencer u I. Rao, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Aalto u S. Boelaert, sussegwentement S. Boelaert u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Insegwitu għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2009, Sison vs Il-Kunsill (T-341/07, Ġabra p. II-3625), talba għad-danni, li essenzjalment tirrigwarda kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba fil-miżuri restrittivi adottati fir-rigward tiegħu fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors għad-danni huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għal annullament, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Jose Maria Sison. |
(3) |
J. M. Sison għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għad-danni, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill. |
(4) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |