|
26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/07) (1)
(Għajnuna finanzjarja mogħtija lil proġett fil-qasam tal-ambjent - LIFE - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas - Determinazzjoni tal-obbligi tal-benefiċjarju assunti fil-kuntest tal-proġett finanzjarju - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 347/40
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Dimos Peramatos (Perama, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Gerapetritis u P. Petropoulos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn A. Somou, avukat)
Suġġett
Rikors intiż għall-annullament jew, sussidjarjament, għat-tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2005) 5361, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nota ta’ debitu Nru 3240504536, indirizzata lil Dimos Peramatos (muniċipalità ta’ Perama) għall-irkupru tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sussidju mogħti lil Dimos Peramatos permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)/1997/finali/29, tas-17 ta’ Lulju 1997.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Dimos Peramatos għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |