7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/32 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Vitro Corporativo vs UASI — VKR Holding (Vitro)
(Kawża T-295/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Vitro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/59)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Vitro Corporativo, SA de CV (Garza García, Nuevo Léon, il-Messiku) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: VKR Holding A/S (Søborg, id-Danimarka)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 1640/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż. |