12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-262/07) (1)

(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom - Għan imfittex minn dispożizzjoni tad-dritt primarju - Deċiżjoni 2007/361/KE)

(2012/C 138/20)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, E. Matulionytė u R. Krasuckaitė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Steiblytė, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment T. Nowakowski, sussegwentement M. Dowgielewicz u fl-aħħar nett M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: inizjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Litwanja.

(3)

Ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.